Sport Waterpolo

WATERPOLO: Telfa kbira għal Malta fid-debutt fil-LEN Cup

Malta bdiet l-impenji tagħha fil-LEN Europa Cup tal-waterpolo fi Split fil-Kroazja b’telfa kbira ta’ 17-3 kontra s-Serbja.

Malta tinsab fi Grupp B flimkien mas-Serbja, l-Kroazja, l-Greċja u l-Olanda.

Is-Serbi kif kien mistenni ddominaw u rebħu s-sessjonijiet kollha 4-0, 5-1, 5-1, 3-1, bit-tliet gowls tal-Maltin skorjati minn Ben Plumpton u doppjetta ta’ Aurelien Cousin.

Il-kowċ nazzjonali Karl Izzo qed juża l-kompetizzjoni bħala tħejjija għall-playoff kruċjali fuq żewġ legs kontra l-Belarus għal post fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo is-sajf li ġej f’Barċellona.

L-ewwel leg tintlagħab f’Minsk is-Sibt 24 ta’ Frar, it-tieni leg hawn Malta ġimgħa wara.